Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq L-Assedju l-Kbir fil-Furjana.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tliet vetturi – Aygo misjuqa minn mara residenti Tal-Pietà, Porsche Cayenne misjuqa minn raġel ta’ 35 sena li miegħu kellu passiġġiera mara ta’ 33 sena t-tnejn residenti l-Belt Valletta u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 61 sena li miegħu kellu passiġġiera mara ta’ 63 sena li huma wkoll residenti l-Belt Valletta.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li assistew lis-sewwieqa tal-Aygo kif ukoll lis-sewwieq tal-Vitz sakemm dawn setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard huma ġew iċċertifikati li qegħdin isofru ġrieħi ta’ natura gravi.

It-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku sakemm il-Pulizija tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-inċident.