Il-każi attivi jinżlu taħt l-2,000… tmut persuna

0
899
Ritratt: Roger Azzopardi

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 69 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 167 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,920. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa huma 717 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kien rrapurtat każ ta’ persuna waqt li kienet pożittiva għall-virus.