L-akbar programm ta’ attivitajiet tal-Milied li qatt ġie organizzat fil-Belt Valletta

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’kumment ma’ Talk News, iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency, Jason Micallef qal li l-programm Christmas in the Capital ta’ din is-sena se jkun wieħed mill-akbar programmi ta’ attivitajiet tal-Milied li qatt ġew organizzati fil-Belt Valletta.

Il-programm se jinvolvi madwar 300 artist, b’investiment ta’ €150,000, u se jinkludi xejn inqas minn 25 attività differenti, b’attenzjoni partikolari għall-familji u t-tfal.

L-attivitajiet se jibdew fil-25 ta’ Novembru bil-mixgħela tas-siġra ewlenija tal-Milied fid-daħla tal-Belt, u jibqgħu għaddejjin sal-aħħar tas-sena, f’diversi pjazez u toroq ewlenin tal-kapitali.

Micallef esprima l-konvinzjoni tiegħu li dan il-programm se jkompli jagħmel mill-Belt Valletta destinazzjoni ewlenija għall-Milied, kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuruna.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport