Tuesday, November 24, 2026
Home Sport Il-Bord tal-Protesti jagħti rebħiet lil Għargħur u lil Għaxaq

Il-Bord tal-Protesti jagħti rebħiet lil Għargħur u lil Għaxaq

0
16

Il-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association ta rebħiet lil Għargħur FC u lil Għaxaq FC wara l-logħbiet mill-BOV National League II li ntlagħbu fil-15 ta’ Novembru.

L-ewwel protesta tressqet minn Għargħur FC kontra r-riżultat tal-partita Kirkop United FC kontra Għargħur FC, li ntrebħet minn Kirkop bl-iskor ta’ 2-0, minħabba l-ineliġibbiltà tal-player Ivan Bojovic.

Il-protest mressaq minn Għargħur FC ġie milqugħ. Konsegwentement, il-Bord tal-Protesti tal-MFA ordna li r-riżultat tal-partita jinbidel għal rebħa ta’ 3-0 favur Għargħur FC.

It-tieni protesta tressqet minn Għaxaq FC kontra r-riżultat tal-partita Msida St Joseph FC kontra Għaxaq FC, li ntrebħet minn Msida bl-iskor ta’ 5-0, minħabba l-ineliġibbiltà tal-player Paul Odunayo Aderibigbe.

Il-protest mressaq minn Għaxaq FC ukoll ġie milqugħ. Għaldaqstant, il-Bord tal-Protesti tal-MFA ordna li r-riżultat tal-partita jinbidel għal rebħa ta’ 3-0 favur Għaxaq FC.

B’riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet, il-klassifika l-ġdida tal-BOV National League II hija kif ġej:

Il-klassifika ġenerali bħalissa qed taqra: 21 – Rabat A.; 19 – Zejtun C.; 13 – Siggiewi; 12 – Kirkop U., Luqa SA; 9 – Msida, Għargħur, Santa Venera, Għaxaq, St George’s; 8 – Xgħajra T.; 5 – Ta’ Xbiex; 1 – Mdina K.; 0 – Marsaskala.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here