Jekk kien hemm aħbar li ntlaqgħet b’mod tajjeb minn bosta f’pajjiżna fl-aħħar jiem, m’hemmx dubju li din kienet dik li Malta se tkun qed toħroġ mill-grey list. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ ekonomista ewlieni f’pajjiżna JP Fabri li tana l-fehmiet tiegħu rigward x’impatt din se jkun qed ikollha fuq l-attivitá ekonomika ġewwa pojjiżna.
Fi kliemu: “Jien naħseb li numru ta’ elementi ħarġu minn din l-aħbar. L-ewwel nett huwa vot ta’ fiduċja fil-ħidma li saret minn numru ta’ elementi tal-Gvern, awtoritajiet imma anke wkoll mis-settur professjonali tal-pajjiż li fl-aħħar mill-aħħar urejna wkoll bħala poplu li jekk niġu flimkein bħala pajjiż l-affarijiet nistgħu tabilħaqq nilħquhom u l-isfidi li jkollna bħala pajjiż nistgħu negħlbuhom.
‘Dan jibgħat messaġġ ċar barra minn Malta li issa Malta għaddiet minn dan it-test. Issa l-operaturi bararnin li qed ifittxu possibilment ġurisdizzjoni u nafu li Malta tibqa’ attraenti speċjalment mis-suq Ingliż li għadu qed iħoss l-impatt tal-Brexit, il-fatt li Malta issa għaddiet minn dan it-test, l-operaturi jisnabu moħħhom mistrieħ li jgħidu mela dawn diġà għamluh l-eżami u għandhom issa ċ-ċertifikat li qegħdin fuq il-white list. Jiġifieri naħseb hemmhekk se jkollna dik li tissejjaħ a positive externality jew ir-reputazzjoni tal-pajjiż se timxi ‘l quddiem. Fl-aħħar mill-aħħar anke settur importanti bħall-gaming se jkollu moħħu mistrieħ li l-pajjiż mhux se jkollu iktar impatt minħabba l-grey list. Jiġifieri issa l-affarijiet anke fuq livell internazzjonali fosthom relazzjonijiet ma’ banek u istituzzjonijiet oħra se jitjiebu wkoll.
“Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar nara żewġ elementi importnati – pożittiv ghal dawk in-negozji li qegħdin Malta u allura jistgħu ikomplu jikkommetu ruħhom lejn il-pajjiż u lejn il-preżenza tagħhom f’dan il-pajjiż u allura jekk forsi riedu jespandu u allura bdew jgħidu ejjew naraw jekk Malta hux se tibqa’ fuq il-lista l-griża, dak id-dubju issa m’għadux hemm għax issa nqlajna minn din il-lista. U mbagħad għandek impatt pożittiv fuq dawk il-kumpaniji barranin li qed ifittxu ġurisdizzjoni ġdida biex ikomplu jinvestu u jespandu u issa li Malat għaddiet minn dan it-test jikkunsidrawha għax tibqa’ attraenti.
“B’hekk, din hija aħbar li se tħalli impatt pożittiv fuq l-attivitá ekonomika preżenti kif ukoll fuq l-attrazzjoni ta’ investiment ġdid lejn pajjiżna.”