Thursday, May 9, 2024

Southampton jiffirmaw lill-goalkeeper ta’ Manchester City, Gavin Bazunu, b’kuntratt ta’ ħames snin

Aqra wkoll

Southampton iffirmaw lill-goalkeeper ta’ Manchester City, Gavin Bazunu, b’kuntratt ta’ ħames snin.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena se jmur jilgħab fis-St Mary’s Stadium bi ħlas li hu maħsub li huwa ta’ madwar £12-il miljun, li jista’ jitla’ għal £15-il miljun, u jsir l-ewwel iffirmar ta’ Ralph Hasenhuttl fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Bazunu issa se jkollu ċ-ċans li jittestja lilu nnifsu fil-Premier League wara li gawda minn perijodu ta’ self impressjonanti mal-club mil-League One, Portsmouth, fl-istaġun 2021-22, fejn żamm 16-il clean sheet f’44 dehra tal-kampjonat.

Sport