Friday, April 26, 2024

Is-Serie A huwa s-Serie B tal-kampjonati Ewropej … jgħid Paolo Scaroni (chairman ta’ AC Milan)

Aqra wkoll

Iċ-chairman ta’ Milan, Paolo Scaroni, ikkritika lis-Serie A minħabba li jinsabu wisq lura fil-kampjonati rivali Ewropej u xeħet l-ħtija fuq il-ground u fuq in-nuqqas ta’ football attwali milgħub.

Scaroni sostna li d-distakk bejn l-aqwa kampjonat Taljan u dawk Ewropej se jkompli jikber u saħaq li trid issir xi ħaġa mmedjata biex is-sitwazzjoni titjib. 

Huwa rrefera għas-Serie A bħala t-tieni livell meta mqabbel ma’ dawk Ewropej u ħeġġeġ lir-referees biex jagħtu s-sehem tagħhom biex jiżguraw li l-ballun ikun fil-logħob għal parti akbar tad-90 minuta.

Huwa qal: “Is-Serie A tagħna sar s-Serie B meta mqabblel ma’ kampjonati oħra Ewropej. Kollha xi ftit jew wisq qabżuna f’dawn l-aħħar 20 sena.

“Ir-riżultat huwa li l-prodott li noffru li mhuwiex kbir. Jekk inkomplu b’dan il-mod, inkomplu nimxu aktar ‘il bogħod mill-elite tal-football.”

Scaroni ssuġġerixxa li ‘żona’ waħda serja li għandha bżonn tiġi mmodernizzata hija l-istadium. Żied jgħid: “Għandna bżonn nippreżentaw prodott li n-nies iridu igawdu.

“Il-football huwa sport iżda huwa wkoll spettaklu. Spettaklu li jeħtieġ stadium sabiħ li jkun imdawwal tajjeb, dejjem mimli partitarji, modern, mhux kbir wisq iżda mhux żgħir wisq.”

“Il-ħolqien ta’ infrastruttura fl-Italja hija problema serja. Issa se jkun hemm ir-referendum lokali li se jieħu sena. Qed tifhem? Taf l-approvazzjonijiet kollha, il-ftehimiet u anke r-referendum lokali.”

Madankollu, żied li kien pożittiv: “Se nieħdu l-ewwel wieħed biex jagħtina l-approvazzjoni. F’termini tal-post għal San Siro jien pjuttost ottimist.”

Scaroni talab lir-referees biex jużaw l-influwenza tagħhom, u saħaq li ma jintlagħabx biżżejjed football attwali. Huwa qal: “L-ispettaklu jeħtieġ li jkun magħmul minn ħafna ħin tal-logħob u ftit interruzzjonijiet.

“Fi Frar, Milan-Udinese spiċċaw bi 48 minuta u 38 sekonda tal-ħin attwali tal-partita minn 97 minuta totali. 

“Il-football Taljan sar wisq monotonu Ir-referees iridu jagħtu s-sehem tagħhom.”

Sport