Sunday, October 27, 2024

“Aħna investejna u se nibqgħu ninvestu fin-nies. Dan hu prinċipju bażiku ta’ dan il-Gvern.” 

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, f’intervista waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi

Aqra wkoll

“Għandna 1,000 proposta u kull ġurnata li tgħaddi, irridu naħdmu biex inwettquhom u nwettquhom kollha. U allura meta mill-ewwel implimentajna bidliet li wegħedna li nagħmlu fl-ewwel 100 jum tajna sinjal ċar tal-commitment tagħna għal dak li wegħedna. Tajna wkoll sinjal tal-prinċipji tagħna f’din il-leġiżlatura.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’intervista waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Laburista flimkien mad-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista, Chris Fearne u Daniel Micallef. 

It-tmexxija tal-Partit Laburista tkellmet ukoll dwar l-emenda fil-kodiċi kriminali li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament u kif nibtet minn parir tal-Avukat tal-Istat. 

“Aħna dawk il-prinċipji għalina huma kruċjali. Ħajja tal-mara u li nsalvawlha saħħitha minn periklu gravi, f’każi fejn m’hemmx vijabbiltà tal-fetu. Għax fejn nistgħu nsalvaw tnejn, insalvaw tnejn … Issa jekk hemm fejn nirfinaw, biex inserrħu anke ras persuni li jaqblu mal-prinċipji imma jridu iktar serħan il-moħħ, lesti nikkunsidraw. Għalkemm, irrid infakkar li l-liġijiet tal-abort b’saħħithom ħafna li hemm illum, kienu u se jibqgħu hemm,” sostna l-Prim Ministru. 

Il-Prim Ministru temm b’appell biex in-nies igawdu dan il-Milied ta’ normalità u b’serħan il-moħħ li jgħixu f’pajjiż li jinvesti fihom u li se jibqa’ miexi ‘l quddiem. 

“Is-sena d-dieħla se tibqa’ tkun sena li fiha se nkomplu ngħinu lin-nies, nieħdu d-deċiżjonijiet biex noħolqu l-opportunitajiet u nwettqu dak li wegħedna u nirriformaw.” 

Sport