Wednesday, July 30, 2025

‘Aħna l-pumpiera ma’ nitħarrġux biss għan-nirien … naraw lil dawk li jsalvaw u dawk li ma jilħqux’- Heinrich Camilleri

Aqra wkoll

‘Il-ħajja ta’ pumpier ma tinvolvix biss in-nar. Xi kultant tinvolvi li trid tagħmel xi CPR fuq persuna fit-triq u xi kultant tkun li żżomm omm lura waqt li oħrajn jaħdmu fuq bintha. Nitħarrġu għan-nirien, imma nġorru ħafna aktar: l-uċuħ li ma jilħqux, dawk li jilħqu, u l-memorja ta’ kull sekonda bejniethom’.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-membru tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta Henrich Camilleri, permezz tal-mezzi soċjali, fejn qasam ritratt ta’ wieħed mill-inċident li kien hemm matul il-ġimgħa li għaddiet, fil-Fgura. 

Camilleri kompla jispjega li hekk jidher ix-xogħol meta l-kamera taqbad il-verità. Tenna li f’xogħol bħal tiegħu wieħed irid dejjem isib il-kuraġġ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport