Numru ta’ letturi tal-MCAST it-Tlieta filgħodu nġabru quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni f’dimostrazzjoni msejħa mill-Unjin tal-Għalliema (MUT) fejn talbu li jiġi konkluż il-ftehim kollettiv.
Il-letturi ġarrew f’idejhom kartelluni li fuqhom kien hemm miktub li ilhom jistennew li jintlaħaq ftehim tliet snin, li jixirqilhom aħjar filwaqt li saħqu li huma “mhumiex letturi tat-tielet klassi.”
Il-President tal-MUT Marco Bonnici indirizza lil dawk preżenti fejn saħaq li din id-dimostrazzjoni qiegħda ssir biex juru d-diżappunt u r-rabja tagħhom għal dak li seħħ fl-aħħar jiem u f’dawn it-tliet snin kemm ilu li skada l-ftehim.
Huwa tenna li lesti jiltaqgħu, jinnegozjaw, li jippjanaw flimkien l-għeluq ta’ dan il-ftehim, iżda “r-rieda u l-ħidma biex dan iseħħ” trid tiġi wkoll mill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Bonnici temm jisħaq li l-membri tagħhom se jkomplu jagħmlu xogħolhom bl-aħjar mod