Saturday, December 21, 2024

“Aħna lkoll kburin li aħna Maltin, iżda mhux biżżejjed”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kompla l-indirizz politiku tiegħu minn ġewwa ż-Żejtun, Grech qal li għandu ferm għal qalbu l-ilsien Malti. Kompla biex jgħid li meta kien iżgħar kien jikteb il-poeżiji u anke bis-saħħa ta’ martu, li hija għalliema tal-Malti aktar japprezza kemm huwa uniku l-Malti.

“Mhux imbilli ngħidu kemm inħobbu l-Malti. Mhux imbilli jkollok Prim Ministru li jgħidlek kemm jien kburi li jien Malti. Aħna lkoll kburin li aħna Maltin. Imma dan mhux biżżejjed u għalhekk irridu ninvestu aktar”, kompla Grech filwaqt li spjega kif gvern Nazzjonalista jħaddan l-ilsien Malti, miktub u mitkellem.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar is-sbuħija tad-djaletti u ċertu aċċenti minn raħal għal ieħor u jeħtieġ li dawn ikunu kburin bil-lingwa Maltija għax din hija unika u jeħtieġ li nippreservawha.

Ekonomija

Sport