Sunday, December 22, 2024

“Aħna ma nħarsux lejn l-uċuh, lejn minn fejn ġejjin, aħna lkoll ulied Malta” – Ministru Dalli

Aqra wkoll

“Aħna wlied dan il-pajjiż, aħna wlied Malta, aħna ma ħarsux lejn l-uċuh, lejn minn fejn ġejjin, aħna rridu l-għaqda f’dan il-pajjiż.” Hekk bdiet id-diskors tagħha l-Ministru Miriam Dalli matul l-matul l-attività politika fix-Xewkija Għawdex.

Dalli rrimarkat kif fil-bidu ta’ din il-kampanja il-Kap tal-Oppożizzjoni telquh erba’ kandidati, “ahsbu x’jagħmel lill-pajjiż jekk ikun fil-Gvern.

Il-Ministru Dalli enfasizzat dwar minkejja ż-żminijiet diffiċli li d-dinja, inkluż Malta għaddew minnhom, pajjiżna baqa’ jattira l-investiment u l-Gvern “immexxi minn Robert Abela radd lura lill-poplu Malti.”

F’messaġġ ta’ għaqda, il-Ministru Dalli kompliet tgħid li l-bandiera bajda u ħamra hija l-bandiera tagħna lkoll, “għalhekk Malta Flimkien, għax inħobbu lil pajjiżna.”

Ekonomija

Sport