Thursday, December 19, 2024

“Aħna mill-Oppożizzjoni qegħdin nagħmlu d-differenza” – Robert Cutajar

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-PN minn ġewwa Marsaskala,id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar fost l-oħrajn tkellem dwar il-fatt li huma mill-Oppożizzjoni qegħdin jagħmlu d-differenza u qal li matul l-aħħar snin taw u saħħu l-kredibiltà fejn jidħol ukoll il-ħarsien tal-ambjent f’pajjiżna. “Mhux l-istess għall-Gvern illi rajna wkoll li entitajiet tal-Gvern ikunu fost il-protagonisti li jagħmlu ħsara ambjentali,” qal Cutajar.

Żied jgħid: “Għall-PN, proprju għada se nkunu qed iniedu uffiċjalment il-programm elettorali illi kif qal il-Kap tal-Partit Bernard Grech għada se nkunu qed nagħtu bil-prova u nsaħħu l-argumenti li għamilna fl-aħħar snin illi fil-programm elettorali l-ambjent se jkun pilastru ewlieni għall-politika li se nkunu qed inħaddmu jekk kemm-il darba l-poplu Malti jagħti fiduċja lill-PN.”

Waqt li l-istess konferenza tkellem ukoll dwar dak li tħabbar rigward il-marina f’Marsaskala, li fi kliemu din kienet u-turn oħra li fissret ukoll li għal darb’oħra l-Oppożizzjoni reġgħet intgħatat raġun u li fi kliemu reġgħu kienu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. 

“Ilbieraħ rajna lill-Prim Ministru jħabbar illi dak li konna qed ngħidu aħna, flimkien mal-NGOs, Kunsill Lokali u residenti, illi le l-marina mhux se ssir. Pero għalina din mhix konsulazzjoni. Irridu konferma li l-Gvern mhux biss b’mod konvenjenti issa se jkun qed jagħmel dan il-pass u allura la tgħaddi l-elezzjoni l-Bambin biss jaf x’jista’ jiġri.”

Ekonomija

Sport