Saturday, December 21, 2024

“Aħna se nkunu qed nagħmlu dak li sal-lum il-PL m’għamilx fl-isport”

Aqra wkoll

Imbottati l-proposti tal-PN għas-settur sportiv 

F’konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet apposta fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista ġew elenkati l-20 proposta elettorali għas-settur sportiv ippreżentati mill-Oppożizzjoni. Filwaqt li l-kandidat ġdid tal-PN, Chris Micallef, irrikonoxxa l-investiment li sar mill-Gvern Laburista fl-Ispecial Olympics, dan ikkonferma li l-verżjoni finali tal-manifest Nazzjonalista għadha mhix lesta “imma se toħroġ żgur qabel l-elezzjoni”.

L-20 proposta tal-PN fil-qasam sportiv ikopru investimenti fl-infrastrutturi, appoġġ lill-atleti u viżjoni li skont l-Oppożizzjoni se jwasslu għal revoluzzjoni fil-qasam sportiv. L-aktar waħda li qiegħda tkun imbottata hija dik ta’ stazzjon ġdid fuq il-PBS li se jxandar esklussivament l-attivitajiet sportivi lokali.

Fost il-wegħdiet elettorali tal-PN fil-qasam sportiv jekk il-poplu jagħtih il-fiduċja tiegħu, hemm faċilità ġdida għat-taħriġ u x-xjenzi sportivi; kampus tal-ogħla livell; issemmiet it-trakka ta’ Ħal Far; se jsiru inċentivi fiskali u għotjiet ta’ flus; fondi għall-ivjaġġar sportiv; u li tingħata spinta lill-Iskola Nazzjonali tal-Isports. 

Min-naħa tiegħ l-kandidat Christian Micallef qal: “Il-PN se jkun qed iġib bidla rivoluzzjonarja fil-qasam sportiv. Aħna se nkunu qed nagħmlu dak li l-Partit Laburista sal-lum m’għamilx fl-isport.”

Ekonomija

Sport