Monday, November 4, 2024

Aidan mhux se jipproċedi legalment… “għax inkella nwaqqaf il-festival”

Aqra wkoll

Aidan li fl-aħħar jiem ġie skwalifikat mill-Malta Eurosong minħabba li kif allegaw l-organizzaturi kien kiser xi regolamenti, ftit tal-ħin ilu ħabbar li mhux se jkun qiegħed jipproċedi legalment għax skont hu “jkun ifisser li jkolli inwaqqaf il-festival li tant inħobb milli jsir.”

Il-kantant qal li qatt ma kellu l-ħsieb li xi darba waqqaf il-festival speċjalment b’rispett lejn sħabu l-kantanti li ħadmu ħafna bħalu biex jagħtu wirja mill-aqwa.

“Anke b’rispett lejn il-fans tal-Eurovision, bħali.. li ta’ minn 7 snin dejjem ħlomt li nitla’ nirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision. Ħdimt, fuq li ħdimt, sa’ tlaqt mill-full time job tiegħi ftit ġimgħat ilu, biex nagħti kollox għal dil-ħolma li għandi,” qal il-kantant Aidan li kien qiegħed jingħad li jista’ jirbaħ il-festival ta’ din is-sena bil-kanzunetta li kellu.

Hu rringrazzja lit-tim tiegħu, u diversi nies oħrajn li għenuh jimxi din it-triq. Il-kantant irringrazja lil ommu b’mod speċjali li fil-kanzunetta li kien se jikkompeti biha kien isejħilha “Reġina”.

“Naf li kburija bija, u jien kburi li għandi lilek. Grazzi lilek li qed taqra dal-messaġġ. Nawgura l-kantanti sħabi kollha li qed jipparteċipaw fil-festival. U nħares il’ quddiem biex naqsam iżjed mużika u kanzunetti ġodda magħkom ma’ ndumx,” temm jikteb Aidan.

Sport