Tuesday, April 30, 2024

Newcastle United fil-finali tal-League Cup

Aqra wkoll

Newcastle United qatgħu l-passaġġ għall-finali tal-League Cup meta fit-tieni leg tas-semi-finali għelbu lil Southampton 2-1 f’St James Park għal aggregate ta’ 3-1 bl-aħħar darba li waslu f’finali ta’ tazza kien fl-1999.

Il-Magpies kienu rebħu l-ewwel leg f’St Mary’s b’goal tard tal-Brażiljan, Joelinton.

Iżda fit-tieni logħba Newcastle fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals permezz ta’doppjetta minn Sean Longstaff fil-5 u fil-21 minuti biex prattikament għamlu ċert mir-rebħa.

Is-Saints naqqsu l-marġni fid-29 minuta minn Che Adams bl-iskor jibqa’ 2-1 sat-tmiem minkejja li l-Brażiljan l-ieħor, Bruno Guimaraes, ġie muri karta ħamra diretta fit-82 minuta wara intervent mill-VAR.

Il-finalisti l-oħra saru magħrufa tard il-bieraħ filgħaxija b’Manchester United kienu fil-kmand tal-logħba wara li l-ewwel leg kontra Nottingham Forest barra minn darhom huma rebħuha 3-0.

Sport