Tuesday, April 30, 2024

Matteo Darmian jixħet lil Inter fis-semi-finali tal-Coppa Italia

Aqra wkoll

Inter kellhom jitħabtu bis-sħiħ biex għelbu lil Atalanta 1-0, u jibbukkjaw posthom fis-semi-finali tal-Coppa Italia.

Min-naħa ta’ Atalanta huma se jkunu qed iħarsu lejn post fl-ewwel erbgħa wara l-kastig ta’ 15-il punt mogħti lil Juventus. La Dea ma tilfux fl-ewwel sitt ħarġiet tas-sena l-ġdida u se jkunu ħerqana li jerġgħu jidħlu fiċ-Champions League għal darb’oħra.

Kien konfront kbir tal-kwarti-finali bejn iż-żewġ timijiet bil-kuluri iswed u l-blu. Fl-ewwel taqsima Inter dehru l-aħjar miż-żewġ naħat u kienu regolarment jistħarrġu l-aħħar terz ta’ Atalanta, iżda tilfu ħafna l-pussess tal-ballun u l-ikbar ċans tagħhom wasal meta xutt ta’ Hakan Calhanoglu għadda jħokk mal-mimduda.

Il-goal li ddeċieda l-partita wasal fis-57 minuta mid-difensur Matteo Darmian.

Fis-semi-finali n-Nerazzurri se jiffaċċjaw lir-rebbieħ bejn Juventus Lazio li jilagħbu għada f’Turin.

Sport