Friday, July 24, 2026
Home Sport Ainsley Maitland-Niles segwit minn Sheffield United u Luton Town

Ainsley Maitland-Niles segwit minn Sheffield United u Luton Town

0
342

Il-winger internazzjonali Ingliż Ainsley Maitland-Niles qed jinteressa diversi klabbs Ingliżi fosthom Sheffield United u Luton Town apparti klabbs oħra fit-Turkija u fil-Portugall.

Maitland-Niles kien irreġistrat ma’ Arsenal fil-Premier League Ingliż għalkemm f’dawn l-istaġuni dejjem lagħab fuq bażi ta’ self ma’ Ipswich Town, West Bromwich Albion, Roma u Southampton.

Issa li skadielu l-kuntratt mal-Gunners Maitland-Niles qed ifittex tim permanenti fejn juri l-kapaċitajiet tiegħu apparti li jilgħab futbol regolari.