Monday, September 16, 2024

Ajax eliminati mit-Tazza Olandiża minn tim tar-raba’ diviżjoni

Aqra wkoll

USV Hercules, tim mir-raba’ diviżjoni wettqu waħda mill-aktar sorpriżi fir-rawnd tal-aħħar sittax tat-tazza Olandiża meta eliminaw lil Ajax Amsterdam wara skor ta’ 3-2.

Il-gazzetti Olandiżi kkritikaw lil dan it-tim li xi darba kien jirbaħ il-kampjonat tal-pajjiż sena wara l-oħra u li issa jinsab f’sitwazzjoni kritika ħafna.

Sadanittant il-logħba mill-istess kompetizzjoni bejn PSV Eindhoven u Twente ġiet posposta minħabba li l-grawnd Philips Stadion ma kienx f’kundizzjoni li jintlagħab il-logħob fih.

Fl-istess waqt saru magħrufa aktar timijiet li għaddew mit-tazza Olandiża u dawn huma Feyenoord, AZ Alkmaar, Den Haag, Nijmegen, AFC, Quick Boys, Excelsior Maassluis, Cambuur, Sittard, Excelsior u Groningen.

Sport