Saturday, May 18, 2024

Milan bejn Clement Lenglet u Juan Miranda?

Aqra wkoll

AC Milan qed jagħmluha prijorita’ assoluta li jakkwistaw difensur ġdid li bih ikunu jistgħu jsaħħu d-difiża tagħhom.

Il-kowċ Stefano Pioli qed ikollu problemi f’dan id-dipartiment b’diversi plejers li qed iweġġgħu u li mhux dejjem ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu.

B’hekk i Rossoneri se jkunu qed iħarsu lil hinn minn hekk tant li qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw lil Clement Lenglet li hu proprjeta’ ta’ Barcellona u li iżda qed jilgħab ma’ Aston Villa b’self.

Ġaladarba ma jiġix Lenglet, hemm lest Juan Miranda li jilgħab ma’ Real Betis u jinsab dispost li jmur jilgħab fl-Italja.

Sport