Sunday, May 19, 2024

Ajax viċin li jakkwistaw lil Carlos Borges

Aqra wkoll

Ajax Amsterdam huma viċin li jakkwistaw is-servizzi tal-winger Portugiż Carlos Borges. Dan tal-aħħar għandu 19-il sena u qed jispikka ferm mat-tim taż-żgħażagħ ta’ Manchester City fejn skorja 21 gowl fi 33 partita u wettaq 11-il assist.

West Ham United kienu inizjalment interessati f’dan il-plejer li jilgħab mat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt it-23 sena iżda t-tim mill-Olanda jidher ferm favorit li jikseb il-firma tiegħu għax dehru aktar konvinċenti fl-offerta tagħhom.

Sport