Saturday, December 21, 2024

Ajkla bajda tisfa vittma ta’ kaċċa illegali

Aqra wkoll

Tajra rari tat-tip ajkla bajda kienet fil-mira ta’ kaċċa illegali f’pajjiżna. Dan qalitu BirdLife Malta f’konferenza tal-aħbarjiet illum. It-tajra, li ntweriet lill-ġurnalisti preżenti minn uffiċjali ta’ BirdLife, kienet għadha kemm kienet irkuprata u ttieħdet lill-veterinarju tal-Gvern għall-kura.

Il-President ta’ BirdLife Malta Darryl Grima, flimkien mas-CEO Mark Sultana u l-Kap tal-Konservazzjoni Nik Barbara qalu li qatgħa ta’ dan it-tajr safa fil-mira ta’ kaċċaturi hekk kif waslu fuq Għawdex. Huma qalu li l-ajkla bajda li ntweriet bi ġrieħi fil-konferenza tal-aħbarijiet instabet minn żewġ turisti Taljani waqt li kienu qed isuqu minn trejqa fil-kampanja bejn Marsalforn u x-Xagħra.

B’din it-tajra protetta, it-total ta’ għasafar li ġew irkuprati minn BirdLife Malta u mill-Pulizija wara li sfaw vittmi ta’ kaċċa illegali jammontaw għal 167, b’din is-sena tibqa’ sena rekord f’dik li hija kaċċa illegali għal dawn l-aħħar tmien snin.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet BirdLife tat ukoll ir-reazzjoni uffiċjali tagħha għall-ftehim bejn il-Gvern u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti biex dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb iż-żoni tal-Miżieb u l-Aħrax tal-Mellieħa. BirdLife qalet li dan il-ftehim ġie fis-seħħ minkejja li dawn iż-żewġ siti kienu mifnijin b’illegalitajiet matul is-snin.

Ekonomija

Sport