Tuesday, April 30, 2024

Ajruplan bit-tim tan-nisa tal-Arsenal jieħu n-nar waqt it-tlugħ

Aqra wkoll

Ajruplan li fuqu kien hemm it-tim tal-futbol tan-nisa tal-Arsenal ħa n-nar ftit mumenti biss qabel it-tluq. L-ajruplan kien se jieħu lura mill-Ġermanja lejn ir-Renju Unit lit-tim wara l-partita tagħhom taċ-Champions League kontra Wolfsburg.

Il-logħba ntlabet il-Ħadd li għadda spiċċat fi draw ta’ 2-2. Huwa rrappurtat li għall-ħabta tas-7.30pm (ħin lokal) it-tim tan-nisa kellhom itiru lura Londra iżda l-magna tax-xellug tal-Boeing 737 li kienu qed jivvjaġġaw fuqu ħadet in-nar waqt it-tluq.

Ix-xhieda li kienu fl-ajruport qalu li semgħu splużjoni qawwija u l-bdot kellu jikkanċella t-tlugħ. Fortunatament huwa rnexxielu jimmanuvra l-ajruplan fil-pożizzjoni tal-parkeġġ.

Kelliem tal-ajruport qal li l-għasafar seta’ kienu l-kaġun tan-nirien u li x’aktarx diversi għasafar inġibdu fit-turbina u bdew in-nar. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Wara l-inċident, il-plejers qattgħu l-lejl f’lukanda fil-qrib u t-Tnejn wara nofsinhar ittajru lura lejn Londra b’ajruplan sostitut.

Kelliem għall-klabb tal-Arsenal qal li l-ajruplan żviluppa problema teknika qabel it-tluq mill-mitjar fil-Ġermanja l-Ħadd filgħaxija.

Huwa rringrazzja lill-ekwipaġġ abbord l-ajruplan u l-ħaddiema tal-ajruport għall-għajnuna pronta tagħhom.

Sport