Monday, November 4, 2024

Ajruplan fl-Afrika t’Isfel kellu jagħmel inżul t’emerġenza wara li nstabet cobra velenuża

Aqra wkoll

Ajruplan privat fl-Afrika t’Isfel kellu jagħmel inżul t’emerġenza wara li l-pilota Rudolf Erasmus ra cobra velenuża taħt is-siġġu tiegħu.

Abbord l-ajruplan kien hemm 4 passiġġieri u t-titjira kienet minn Bloemfontein għal Pretoria.

Il-pilota f’kummenti li ta lill-midja qal li beda jħoss xi ħaġa kiesħa ma’ saqajh u għall-ewwel ħaseb li kien il-flixkun tal-ilma li jġorr miegħu kien ħiereġ xi ilma minnu.

“Iżda kif ħarist lejn ix-xellug u ħarist ‘l isfel rajt ras ta’ serp. Waqgħat f’silenzju kbir. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Hija xi ħaġa li tara fuq il-films li tara serp velenuż taħt is-siġġu tiegħek u kważi ma tista’ tagħmel xejn,” qal Erasmus.

Kien f’dan il-mument li informa lit-torri tal-kontroll li kellu bżonn jagħmel inżul t’emerġenza minħabba li kien hemm serp velenuż fil-kabina. Hu nforma mill-ewwel lill-membri tal-ekwipaġġ biex ilestu għal inżul.

Il-pilota qal li kellu biża’ kbir li sakemm jinżel fl-qereb ajruport kien se jingidem mis-serp. “Irnexxieli niżżel l-ajruplan bis-serp taħt sieqi. Mal-inżul fl-ajruport kien hemm diġà nies professjonali biex jaqbdu s-serp,” kompla jgħid il-pilota li sostna li ma jrid l-ebda pilota ieħor jgħaddi minn din l-esperjenza.

Sport