Monday, October 14, 2024

Ajruplan jagħmel inżul t’emerġenza f’pajjiżna wara problemi tekniċi

Diversi uffiċjali jissejħu fl-ajruport minħabba stat ta' emerġenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fis-6:25 p.m (ħin lokali) kien dikjarat stat ta’ emerġenza sħiħ mis-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru Maltin fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta wara li ajruplan żgħir li kien qed jivjaġġa bejn Malta u Stockholm Skavsta Airport bi tliet persuni abbord kellu jirritorna lura minħabba raġunijiet tekniċi.

L-ajruplan fortunatament niżel fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fis-6:57 p.m (ħin lokali).

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li numru ta’ uffiċjali u vetturi fosthom timijiet mediċi, ambulanzi, pumpiera u vetturi tat-tifi tan-naf intalbu jintervjenu b’urġenza wara li l-pilota għarraf dwar problemi li kien qiegħed jaffaċċja waqt it-titjira.

Sport