Saturday, December 21, 2024

Ajruplan li ġġarraf fil-Messiku jħalli 3 persuni vittmi u tal-inqas 3 min-nies midruba

Aqra wkoll

Skont rapporti mill-midja barranija, jidher li tliet min-nies sfaw vittmi filwaqt li tal-inqas tliet min-nies oħra sfaw midruba fl-inċident traġiku tal-ajruplan li ġġarraf f’supermarket fil-Messiku.

Huwa maħsub li l-ajruplan huwa tat-tip BE9L. Dan telaq minn Acapulco f’titjira għall-Istat ta’ Puebla.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija. Fuq il-post issejħu tim mediku, membri tat-tifi tan-nar u uffiċjali tal-pulizija. 

Minkejja l-biża’ li seta’ jkun hemm splużjoni, il-federazzjoni tal-protezzjoni ċivili asssigurat lin-nies li m’għandhomx għalfejn jallarmaw ruħhom għax ma kienx periklu li sseħħ xi splużjoni.

Huwa rrappurtat li żewġ persuni li kienu midruba fl-inċident ittieħdu l-isptar għal aktar attenzjoni medika. Oħrajn li ngħataw l-ewwel għajnuna fuq il-post tħallew imorru lura lejn darhom.

Ekonomija

Sport