Thursday, May 2, 2024

“Wasal iż-żmien li nirtira minn kull politika… il-partit li vera nħobb m’għadnix nagħrfu”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jgħid dan il-kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo

Quddiem it-telfa massiċċa li sofra l-Partit Nazzjonalista, hu mistenni li jkunu diversi dawk li jkompu fuq il-passi li ħadu oħrajn qabilhom u jitilqu jew jitbiegħu mill-Partit Nazzjonalista. Wieħed minn dawn li diġà esprima ruħu dwar dan hu l-kunsillier u kandidat Ivan Bartolo. Kandidat Nazzjonalista li kien magħruf għal kemm jgħin lin-nies u kemm kellu għal qalbu l-qasam soċjali.

Ivan Bartolo li jikkontesta fuq ir-Raba’ Distrett iddikjara li “grazzi lil dawk kollha li urew il-fiduċja tagħhom fija imma wasal iż-żmien biex nirtira minn kull tip ta’ politika u niddedika ruħi għal dak li jtini sodisfazzjon. Il-partit li vera kont nħobb m’għadnix nagħrfu”.

Immedjatament ikkummentat dwar dan l-attivista Nazzjonalista Angela Coleiro u qalet li “l-Partit Nazzjonalista għandu jibgħat minnufih għal din il-persuna validissima, u jara x’inhuma l-weġgħat tiegħu. Ma nistgħux inkomplu nitilfu aktar nies ġenwini, umli u kapaċi. Il-klikkek, elitisti, u s-snobbiżmu jeħtieġ li jispiċċa darba għal dejjem, inkella m’aħna se nagħmu xejn”

Sport