Ajruplan irreġistrat f’Malta ġġarraf f’Ankara bi 8 persuni fuqu u fosthom kien hemm il-Kap tas-Segretarjat tal-Armata Libjana.
L-Awtoritajiet Torok ikkonferma mal-midja internazzjonali li l- Ġeneral Mohammed Al-Haddad, il-Kap tas-Segretarjat tal-Forzi Armati Libjani, u l-passiġġieri kollha li kienu abbord ajruplan privat Falcon 50 mietu f‘inċident li seħħ wara t-tluq minn Ankara.
Fil-midja Torka qiegħed jiġi rraportat li nstabu l-fdalijiet tal-ajruplan kif ukoll il-atavri tal-vittmi f’żona fin-Nofsinhar ta’ Ankara.
L-ajruplan kien fi triqtu minn Ankara lejn Tripli. L-aħħar kuntatt li sar mal-ajruplan kein fid-8:52 p.m.
Jidher li l-pilota għamel talba għall-inżul ta’ emerġenza, iżda f’daqqa waħda l-komunikazzjoni nqatgħet għal kollox.

