Friday, December 20, 2024

Akkużat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema jilmenta li qed jinkisrulu d-drittijiet

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Daniel Muka, ir-raġel Albaniż li kien miċħud il-libertà proviżorja waqt li jinsab mixli bil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowska qed isostni li l-Istat qed jikser id-drittijiet tiegħu.

F’każ kostituzzjonali li Muka fetaħ kontra l-Istat, hu sostna li dan naqas milli jintroduċi l-electronic tagging bħala alternattiva għall-priġunieri. L-avukati ta’ Muka fil-każ qalu li huwa l-akkużat u ħadd aktar li qed ibati minħabba dak li ddeskrivew bħala “nuqqasijiet tal-istat”. Kien hawn fejn saħqu li għadu ma ġiex introdott l-electronic tagging f’pajjiżna, minkejja li kien hemm diskussjonijiet fuq dan is-suġġett.

F’Ġunju tal-2012, id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Franco Debono kien indika l-ħtieġa li jiddaħħal l-electronic tagging fi ħdan ix-xenarju tal-libertà proviżorja.

Daniel Muka huwa wieħed mill-akkużati li qed jiġi mixli bil-qtil doppju f’Awwissu fl-2020 f’Tas-Sliema. Iż-żewġ akkużati l-oħra huma Jesper Kristiansen u Viktor Dragomanski.

Ekonomija

Sport