Tuesday, April 23, 2024

“Ċans minimu” li jinstabu aktar persuni ħajjin wara l-attakk fi Dnipro

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Dnipro qal li jista’ jkun hemm aktar persuni li jsalvaw wara l-attakk Russu bil-missili tas-Sibt li għadda fuq binja t’appartamenti fil-belt tal-Lvant tal-Ukrajna.

Sezzjoni sħiħa tal-blokk ta’ disa’ sulari waqgħet u l-amministrazzjoni tal-belt tgħid li mietu mill-inqas 35 persuna. L-isforzi ta’ salvataġġ għadhom għaddejjin. Mill-inqas 35 persuna għadhom irrappurtati nieqsa u 75 oħra sfaw midruba.

Waqt li kien qiegħed jitkellem fuq it-televiżjoni tal-istat f’Moska, is-Sindku Borys Filatov qal li hemm ċans “minimu” li jinstabu aktar persuni ħajjin u fl-istess ħin insista li l-operazzjonijiet militari kienu għaddejjin kif pjanat.

Kyiv, Kharkiv u Odessa ntlaqtu wkoll nhar is-Sibt f’attakki li Moska qalet li kienu mmirati lejn l-infrastruttura militari u tal-enerġija tal-Ukrajna.

Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki sejjaħ l-attakki tal-missili bħala “inumani” u żied li: “Ir-Russja intenzjonalment qiegħda tkompli twettaq reati tal-gwerra kontra nies ċivili.”

Sport