Friday, November 22, 2024

Akkużat li ħajjar aktar minn 200 tifla għal atti sesswali

Aqra wkoll

Eks membru tal-Pulizija fin-Nofsinhar ta’ Wales jinsab akkużat li ħajjar aktar minn 200 tifla ta’ eta minn 10 snin ‘ilu fuq u ħeġġiġhom biex jaqsmu miegħu stampi u ritratti espliċiti u jwettqu atti sesswali miegħu. Huwa kien jirrikatta lil diversi tfajliet, billi kien jheddidhom li juri l-kontenut lil ħbiebhom u l-familja jekk jirrifjutaw it-talbiet tiegħu.

L-eks uffiċjal tal-Pulizija ta’ South Wales, Lewis Edwards ta’ 23 sena,  dam għal tliet snin sħaħ jimmira fuq l-internet bniet ta’ bejn l-10 u s-16-il sena fuq Snapchat.

Edwards, li kien ġie sospiż mill-korp meta nqabad u wara rriżenja, ma attendiex għas-smigħ tal-każ tiegħu fil-Qorti Rjali ta’ Cardiff li mistennija toħroġ bil-verdett fi żmien tlett ijiem. 

Huwa kien ta’ spiss jippoża bħala tifel ta’ 14-il sena u kien iħajjarhom biex iwettqu atti sesswali dejjem aktar grafiċi u jirrikordja b’mod sigriet lill-bniet. 

Lewis Edwards li kien ingħaqad mal-korp tal-puilizija f’Jannar 2021, kien wieġeb ħati ta’ 162 reat sesswali tat-tfal.

Il-prosekuzzjoni li qed tmexxi l-każ kontrieħ, qalet li d-ditektifs għamlu rejd fid-dar fejn kien joqgħod mal-ġenituri tiegħu fi Bridgend, South Wales, fi Frar ta’ din is-sena u ssekwestraw mowbajls, kompjuter, USB sticks u hard drive.

Il-materjal żvela l-interazzjonijiet online li Edwards kellu mat-tfajliet, inklużi t-talbiet tiegħu biex it-tfajliet jidħlu f’diversi attivitajiet sesswali u r-rikatt sussegwenti.

Edwards, ta’ Heol Ty Cribwr, Cefn Glas, Bridgend, kien irnexxxielu jagħmel kuntatt ma’ 210 tifla bejn Novembru 2020 u Frar 2023 u l-uffiċjali rkupraw stampi relatati ma’ 207 vittma.

Il-qorti ntweriet uħud mill-filmati li Edwards kien irreġistra tal-vittmi tiegħu. F’wieħed mill-filmati, tifla adoloxxenti tidher tibki u timsaħ id-dmugħ minn għajnejha wara messaġġi ta’ Edwards jitolbuha biex tneħħi ħwejjeġha.

It-tifla ddeskriviet lil Edwards bħala “pedofelu” u żiedet tgħid li dak iż-żmien kienet għadha tifla żgħira. Sostniet li kienet tħossha imbarazzata, disgustata u abbużata u li tilfet l-innoċenza tagħha.

Tfajla vittma oħra stqarret li matul il-ħin kollu hija kienet tibki kull lejl u fetħet qalbha mal-aqwa ħabiba tagħha u qaltilha b’dak kollu li kien għaddej.

Fil-Qorti, it-tfajla qalet ukoll li tilfet il-fiduċja fil-pulizija o stqarret li jekk xi ħaġa tmur ħażin fil-futur, hija ma kinitx se tavda lill-pulizija.

Sport