Friday, November 22, 2024

Akkużat li ħebb u kiser imnieħer martu quddiem binthom ta’ 9 snin

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena residenti Marsaxlokk kien akkużat li ħebb għal martu u kisrilha mneħirha. Dan kollu seħħ quddiem binthom ta’ 9 snin.

Quddie l-Maġistrat Marse-Anne Farrugia, ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi wara li kellha tiddaħħal l-Isptar Mater Dei.

Il-Prosekuzjoni mexxija mill-Ispettur Omar Zammit u l-Avukat Alessia Schembri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qalu fil-Qorti li l-każ seħħ fit-23 ta’ Marzu li għadda. Kienet il-mara li marret tagħmel rapport fejn allegat li żewġha kien ħebb għaliha waqt argument li kellhom fir-residenza tagħhom.

Id-difiża mmexxija mill-Avukat Lennox Vella talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni ma ssibx oġġezzjoni sakemm ikun hemm kundizzjonijiet fosthom li ma jkellimx lil martu u lil binthom. Id-difiża qalet li r-raġel se jkun qiegħed jgħix ma’ ommu.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiddepożita l-Karta tal-Identità u l-passaport, li jiffirma l-Għassa ta’ Bormla darbtejn fil-ġimgħa u li jiddepożita €7,000. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.

Sport