Raġel ta’ 46 tressaq il-Qorti t’Għawdex u ġie akkużat li fis-sigħat bikrin tas-17 ta’ Frar li għadda, ta n-nar lil vettura fil-Fontana, Għawdex.
B’rabta mal-każ kienu saru wkoll diversi ħsarat fuq vetturi oħra li kienu pparkjati fil-viċinanzi.
Ir-raġel qiegħed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.