Thursday, December 26, 2024

Akkużata li tat daqqa ta’ kalzetta bil-fliexken tal-fwieħa fiha għax ma tawhiex sigarett

Aqra wkoll

Michelle Wilson ta’ 51 sena nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata fost l-oħrajn li kkaġunat ġrieħi gravi fuq wiċċ mara oħra. Il-każ seħħ fil-Ġimgħa l-Kbira fil-pjazza tal-Isptar San Luqa.

Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Ian Vella spjegat li l-argument żvolġa wara li l-imputata u l-allegata vittma marru jieħdu t-trattament tad-detox.

L-Ispettur spjega kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm kommossjoni f’dawn l-inħawi u meta marru sabu lill-akkużata b’kalzetta b’żewġ fliexken tal-fwieħa ġo fiha f’idha, u mara oħra b’ferita fuq wiċċha.

Il-Prosekuzzjoni kompliet biex tispjega li tliet ijiem ilu kien seħħ argument bejn iż-żewġ nisa u l-għarus tal-allegata vittma għax dan tal-aħħar ma riedx jagħti sigarett lil Wilson.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, l-akkużata wieġbet mhux ħatja, filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.

L-avukat Dr Josephine Farrugia Mifsud dehret għal Wilson.

Ekonomija

Sport