Wednesday, November 20, 2024

Akkużi gravi kontra William Carvalho

Aqra wkoll

Il-midfielder difensiv ta’ Real Betis, William Carvalho, deher quddiem it-tribunal investigattiv ta’ Seville sabiex jirrispondi domandi partikolari wara li jinsab akkużat li wettaq vjolenza sesswali fuq tfajla ta’ 18-iil sena f’Ibiza f’Awwissu li għadda.

Din it-tfajla, li isimha ma ġiex ippubblikat stqarret li ltaqgħet ma’ Carvalhom f’diskoteka u wara li għamlu lejl sħiħ jiżfnu, spiċċaw f’kamra ġo lukanda. Minn hemm ‘l hemm hi stqarret li kienet fis-sakra għalkemm kif qamet sabet numru ta’ ġrieħi f’ġisimha kollu.

Din it-tfajla qalet li saħansitra spiċċat l-isptar bl-uġigħ li ħasset u kien hawn fejn hi rrappurtat kollox lill-pulizija f’Sevilla.

Carvalho qed jiġi akkużat ukoll li ta d-droga lill-istess tfajla sabiex tintilef minn sensiha.

Akkużi gravi kontra William Carvalho

Il-midfielder difensiv ta’ Real Betis William Carvalho deher quddiem it-tribunal investigattiv ta’ Seville sabiex jirrispondi domandi partikolari wara li jinsab akkużat li wettaq vjolenza sesswali fuq tfajla ta’ 18-iil sena f’Ibiza f’Awwissu li għadda.

Din it-tfajla, li isimha ma ġiex ippubblikat stqarret li ltaqgħet ma’ Carvalhom f’diskoteka u wara li għamlu lejl sħiħ jiżfnu, spiċċaw f’kamra ġo lukanda. Minn hemm ‘l hemm hi stqarret li kienet fis-sakra għalkemm kif qamet sabet numru ta’ ġrieħi f’ġisimha kollu.

Din it-tfajla qalet li saħansitra spiċċat l-isptar bl-uġigħ li ħasset u kien hawn fejn hi rrappurtat kollox lill-pulizija f’Seville.

Carvalho qed jiġi akkużat ukoll li ta d-droga lill-istess tfajla sabiex tintilef minn sensiha.

Sport