Friday, March 1, 2024

Ftehim kollettiv ġdid li se joffri kundizzjonijiet aħjar lill-ħaddiema tas-sezzjoni teknika tal-Malta Air Traffic Services

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, ippresjeda l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv bejn il-Malta Air Traffic Services (MATS) u l-General Workers’ Union.

Dan il-ftehim kollettiv tas-sezzjoni teknika tal-kumpanija ser ikun qed ikopri 52 ħaddiem għall-perjodu ta’ 5 snin. Il-ħaddiema li ser igawdu minn dan il-ftehim huma prinċipalment dawk tal-Air Traffic Safety Electronics Personnel.

Dan il-ftehim ser ikun qed jgħaqqad iż-żewġ taqsimiet, dak tal-Air Traffic Safety Personnel u l-Air Traffic Controllers hekk kif ġew issimplifikati l-kundizzjonijiet u l-vantaġġi b’mod ugwali mal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru tal-ATCOS. Dan jistabbilixxi l-parametri għat-tliet ftehimiet kollettivi li jifdal.

Il-Ministru Chris Bonett spjega li dan il-ftehim ikompli juri kemm il-Gvern qed jinvesti fl-aqwa riżors li għandu pajjiżna, ir-riżors uman. “L-impenn ta’ dan il-gvern dejjem kien li jibża’ għall-ħaddiema u li jagħtihom l-aqwa kundizzjonijiet biex joperaw bl-aħjar mod possibbli filwaqt li jagħtu l-aqwa servizz lill-poplu Malti,” qal il-Ministru Bonett.

Il-ftehim kien iffirmat mill-Kap Eżekuttiv Claude Mallia u miċ-Chairman George Borg Marks għan-naħa tal- MATS, u minn Alfred Grima u Sandro Vella għan-naħa tal-General Worker’s Union.

Fi tmiem l-okkażjoni, il-Ministru Chris Bonett irringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fid-diskussjonijiet li wasslu għal dan il-ftehim u qal li jħares ’il quddiem għall-ħidma lejn it-tliet ftehimiet kollettivi li jifdal.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport