Wednesday, July 24, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur ġo vann u f’karozza fil-karreġjata opposta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar jidher li raġel ta’ 25 sena residenti Ħal Qormi kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Benelli meta ħabat ma’ vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u sussegwentament ma’ karozza oħra tal-għamla Volvo S60 misjuqa minn anzjan ta’ 85 sena residenti s-Swieqi li kienet fuq il-karreġjata opposta.

Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post sakemm ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li huwa kien sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport