Thursday, August 21, 2025

Aktar familji jgawdu minn ambjent residenzjali rinnovat

Tlesta l-proġett ta’ riġeenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja 

Aqra wkoll

Tlesta l-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja. Ix-xogħol sar fuq żewġ blokok b’entratura separata. Dettalji dwar il-proġett ingħataw waqt żjara mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes fejn li spjega li x-xogħol fuq dan il-proġett sar b’investiment ta’ aktar minn €100,000. 

“Il-Gvern qed jagħmel dawn it-tip ta’ interventi għax jemmen li għandu jkun hemm investiment kontinwu mhux biss fid-djar, iżda wkoll fil-kwalità tal-ħajja tal-familji u l- komunitajiet li jgħixu fihom. Proġetti ta’ riġenerazzjoni bħal dawn jagħmlu differenza tanġibbli fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji li jgħixu f’dawn il-komunitajiet, f’dan il-każ fil-komunità tal-Gudja,” sostna l-Ministru Galdes. 

Huwa fakkar ukoll li l-proġett tal-Gudja huwa biss wieħed minn sensiela ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni li saru jew għadhom għaddejjin, inkluż fil-Mosta, f’Ta’ Giorni, fiż-Żejtun, fil-Ħamrun, f’Santa Luċija, f’Raħal Ġdid u f’Ħal Tarxien. Dawn il-proġetti qegħdin isiru mill-Awtorità tad-Djar, b’kollaborazzjoni ma’ Housing Projects Solutions Ltd. 

Il-Ministru Roderick Galdes temm jgħid li dawn il-proġetti huma xhieda tal-viżjoni u l-impenn tal-Gvern biex jgħolli l-istandards tal-akkomodazzjoni soċjali u jkompli jsaħħaħ il-benesseri tal-familji. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport