Monday, December 23, 2024

Aktar fejqan minn każi ġodda… aktar minn 4,000 ittestjati fl-aħħar sigħat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 4,031 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 142 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 174 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 2,230.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 34 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 37 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 33,904 fejn minnhom 30,857 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 421 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 746,883 doża. Minn dawn 393,967 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 371,802 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport