Monday, April 29, 2024

Sentenza ta’ ħabs għal Ingliża li ppruvat issiefer b’aktar minn €2 miljun kontanti

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tara Hanlon, Ingliża ta’ 30 sena, ingħatat sentenza ħabs wara li nstabet ħatja li pparteċipat f’ħasil ta’ flus. Il-mara li taħdem bħala konsulent għall-ingaġġjar ta’ impjegati ġodda, kienet involuta f’ħasil ta’ flus kontanti mir-Renju Unit u Dubai.

Hanlon oriġinarjament qalet li kienet sejra vaganza ma’ sħabha f’Dubai iżda mbagħad, fl-ajruport ta’ Heathrow inqabdet b’aktar minn żewġ miljun ewro kontanti fil-bagalji tagħha.

Hija ġġustifikat il-ħames bagalji kbar li kienet se ssiefer bihom bħala kontenituri għall-ħwejjeġ li kienet qiegħda ttella’ magħha għax “ma stajtx niddeċiedi x’se nilbes”. Fil-verità l-bagalji kienu mimlija bi flus kontanti fil-plastiku u mgħottija bil-kafè biex ixekkel lill-klieb tad-dwana.

F’rapport mill-“Metro” jingħad li Hanlon kienet diġà marret fuq tliet titjiriet preċedenti b’kuntrabandu ta’ kważi €4 miljun. L-attività llegali tagħha ħarġet fil-miftuħ wara li hija stess iddikjarat li kienet qiegħda ġġorr fuqha flus kontanti.

Sport