Friday, April 19, 2024

F’sitt xhur il-benefiċċji soċjali żdiedu b’€27 miljun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena n-nefqa pubblika għall-benefiċċji soċjali żdiedet b’iktar minn €27 miljun u laħħqet is-somma ta’ kważi €583 miljun. Din in-nefqa tixhed ir-ruħ soċjali tal-Gvern li jibqa’ jsostni lil dawk li l-iktar għandhom bżonn u li ġenwinament jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ikbar nefqa fil-benefiċċji soċjali marret fuq il-pensjonijiet tal-irtirar, partikularment dik taż-żewġ terżi li rreġistrat żieda ta’ 2,109 pensjonant ġdid bejn Jannar u Ġunju li għadda. Dawn fissru nefqa akbar ta’ €20.9 miljuni.

Żidiet oħra ġew reġistrati f’dawk li huma pensjoni tar-romol u bonuses kontributorji, pensjoni tal-invalidita u benefiċċji oħra għal korriment fuq ix-xogħol.

Għal dawk li huma benefiċċji mhux kontributorji, l-ispiża tal-Gvern telgħet għal €103.9 miljuni li turi żieda ta’ kważi 6% fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra. L-ikbar żieda f’dan il-qasam kienet fuq pensjoni tad-diżabilita, allowance tat-tfal, assistenza supplimentari u kif ukoll il-benefiċċju imsejjaħ in-work benefit.

Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena 53,703 persuni kienu benefiċjarji tal-pensjoni taż-żewġ terzi filwaqt li 42,633 familji bbenefikaw mill-allowance tat-tfal. Dawn iż-żewġ benefiċċji soċjali flimkien jammontaw għall-ikbar nefqa pubblika f’dawk li huma benefiċċji soċjali

Sport