Tuesday, January 27, 2026

Aktar immigranti jiġu salvati fil-baħar Mediterran

Aqra wkoll

Filwaqt li f’pajjiżna għaddejja l-operazzjoni biex tinstab it-tifla mitlufa, fl-istess baħar Mediterran hemm mijiet kbar ta’ immigranti li qegħdin jissograw ħajjithom biex isibu futur aħjar.

F’dan ir-ritratt li ttieħed minn filmat jidher wieħed immigrant jiġi salvat u jitella’ fuq bastiment Eġizzjan. Miegħu kien hemm persuni oħrajn li kienu qegħdin “jiġġieldu” ma’ mewġ qawwi ħafna.

Fil-filmat dan ir-raġel jidher jipprova jitla’ ma’ sellum imma lanqas saħħa ma kellu bil-mewġ kontinwament iħabbtu mal-bastiment Eġizzjan.

B’ħidma kollettiva mill-baħrin, l-immigrant ġie salvat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport