Saturday, July 20, 2024

Aktar inizjattivi biex jittaffa t-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat Għawdex

- It-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq l-Imgħallem fil-Belt Victoria jingħaqdu permezz ta’ junction ġdida

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri żar ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni li qed isir fuq it-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria, li issa ngħaqdet ma’ Triq l-Imgħallem permezz ta’ junction ġdida li tant kienet meħtieġa.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li x-xogħol fuq it-Triq ta’ Wara s-Sur għaddej ġmielu, fejn wara li tlestiet l-ewwel parti, dik residenzjali, ix-xogħol issa hu ffukat fit-tieni u l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett. Proġett li ġaladarba jitlesta, ser iservi biex itaffi b’mod konsiderevoli t-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat filwaqt li bottleneck li kienet toħloq inkonvenjent għas-sewwieqa ser tiġi eliminata darba għal dejjem. “Dan il-proġett ser jagħmilha aktar faċli ukoll għar-residenti taż-Żebbuġ u tal-Għasri fl-ivvjaġġar tagħhom ta’ kuljum,” qal il-Ministru Camilleri.

“Din kienet waħda min numru ta’ deċiżjonijiet importanti li ttieħdu sabiex tiġi indirizzata l-isfida tat-traffiku fil-Belt Victoria. Infakkar ukoll li beda x-xogħol fuq Triq Ġorġ Pisani, li ser tnaqqas it-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat għal dawk kollha li ġejjin u sejrin minn Marsalforn,” spjega l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri temm jgħid, “Dawn huma proġetti ta’ ċertu portata u li kien ilu jinħass il-ħtieġa li jsiru. Kommessi li nkomplu naħdmu fuq aktar proġetti ta’ bini ta’ toroq f’Għawdex, hekk kif mwiegħed.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport