Thursday, December 12, 2024

“Aktar investiment biex il-kreattività tkompli timxi ‘l quddiem” 

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal li l-kreattività hija l-qofol ta’ dak li tagħmel id-dinja ta’ madwarna sabiħ. Huwa qal li, però, “din mhiex biss kwistjoni ta’ sbuħija imma hija wkoll kwistjoni ta’ ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol, riżorsi ġodda u tkabbir ekonomiku”. 

Bonnici spjega li kemm fil-kamp tax-xjenza, kif ukoll fil-kamp tal-arti, il-kreattività twassal biex jinħoloq ġid ġdid u opportunitajiet ġodda. “Il-kultura u l-arti huma l-post tax-xogħol ta’ eluf ta’ nies li fih jaraw il-karriera u l-futur tal-professjoni tagħhom,” kompla l-Ministru.

Huwa wiegħed li bħala Gvern se jkomplu jinvestu biex il-kreattività tkompli timxi ‘l quddiem. Il-Ministru Bonnici għalaq b’nota pożittiva fejn qal li, “iktar ma tinvesti fil-kreattività, iktar tagħtik lura ġid li minnu jgawdi kulħadd. Igawdi l-pajjiż għax fejn jidħol isem pajjiżna, ikompli jimxi ‘l quddiem; tgawdi s-soċjetà għax is-soċjetà tiġi iżjed flimkien; u jgawdi wkoll l-individwu għax jgħix f’soċjetà isbaħ waqt li jkollu iktar opportunitajiet għall-avvanzi personali tiegħu”.

Ekonomija

Sport