Saturday, December 14, 2024

Aktar investiment minn Express Trailers

Investiment fi struttura ġdida għall-ħarsien tal-merkanzija mill-elementi

Aqra wkoll

Żieda fl-attività fil-bond depot ta’ Express Trailers, wasslet lill-kumpanija biex tinvesti u tinstalla tinda strutturali ġdida biex b’hekk l-operat ikun jista’ jibqa’ għaddej mingħajr tfixkil. Il-Bond Depot f’Ħal Far jikkonsisti fi mħażen u żona kbira fejn tinħatt il-merkanzija kollha li tkun waslet f’Malta biex din titqassam għand il-klijenti.

Minbarra l-importazzjoni kollha li tkun ġejja minn madwar l-Ewropa, mit-Turkija, miċ-Ċina, Hong Kong u Singapore, il-bonds ta’ Express Trailers f’Ħal Far issa qed imexxu wkoll l-operat kollu ta’ ShipLowCost, is-servizz ta’ delivery għal min jixtri online li wkoll ra żieda tajba fl-attività f’dawn l-aħħar snin.

“Xogħolna hu li nwasslu l-merkanzija u dan ifisser li rridu nimmaniġġjaw ukoll ir-riskju li din l-attività ġġib magħha. Bħala kumpanija li tħaddem in-nies, irridu wkoll noffru l-aħjar kundizzjonijiet ta’ xogħol lill-ħaddiema tagħna. L-investiment sostanzjali f’dan il-proġett jaqdi dawn iż-żewġ impenji tagħna,” qal Frans Vella, Direttur ta’ Express Trailers.

Groupage ifisser il-ġabra ta’ merkanzija mingħand klijenti differenti li tkun se tintbagħat f’destinazzjonijiet varji u b’trailers u containers differenti f’trailer wieħed, b’mod li jintlaħqu iżjed effiċjenzi u l-importaturi u esportaturi jgawdu prezz aħjar.

“Meta l-containers mgħobbija bix-xogħol tal-klijenti tagħna jaslu fil-bond section f’Ħal Far, ix-xogħol tagħna huwa li nqassmu l-konsenji differenti biex id-distribuzzjoni ssir bl-aktar mod effiċjenti possibbli,” żied jgħid Mark Vella, li jmexxi t-tim f’Ħal Far.

“Iż-żieda fl-attività ġegħlitna ninvestu f’din l-istruttura kbira biex issa għandna iżjed post fejn naħdmu, ikun x’ikun it-temp u b’hekk, il-klijenti moħħhom mistrieħ li xogħolhom huwa mħares mill-elementi. Dan l-investiment jgħin ukoll lin-nies tagħna jaħdmu b’mod iżjed effiċjenti iżda wkoll b’iżjed kumdità u sigurtà,” żied jgħid Mark.

“Għalkemm ħafna mix-xogħol jasal nhar ta’ Tnejn, ħafna mit-trailers u l-containers jibqgħu jaslu l-ġimgħa kollha. Dan il-proġett fil-fatt, diġa qed jgħinna naħdmu b’mod iżjed effiċjenti,” temm jgħid Mark Vella.

Ekonomija

Sport