Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Lokali Koppja Maltija ġabret iktar minn €3,500 għal Puttinu fis-60 anniversarju tagħha

Koppja Maltija ġabret iktar minn €3,500 għal Puttinu fis-60 anniversarju tagħha

0
399
Ritratt: Facebook - Puttinu Cares

David u Alice Caruana huma żewġ persuni li ilhom 60 sena magħuqdin fis-sagrament taż-żwieġ. Għalihom, fl-anniversarju li jfakkar dan l-avveniment tant speċjali f’ħajjithom, il-kumpanija ta’ xulxin hija biżżejjed iktar minn kull rigal materjali ieħor.

Tant hu hekk, li f’għeluq is-60 anniversarju tagħhom ma xtaqux li jaqilgħu rigali għalihom. Kulma xtaqu hu li jinġabru donazzjonijiet għal Puttinu Cares, u eventwalment inġabret is-somma ta’ €3,560.

Dan is-sit jawguralhom iktar snin x’jiċċelebraw flimkien!