Friday, May 3, 2024

Wara 46 jum il-Polonja, Kate lura Malta

Aqra wkoll

Wara 46 jum fil-kapitali Pollakka Warsaw, Kate se tkun qiegħda tirritorna lura lejn pajjiżna flimkien mal-ġenituri tagħha.

Waqt li kienet il-Polonja saritilha operazzjoni kif ukoll kellha tirċievi diversi sessjonijiet ta’ terapija għal jiem sħaħ. Għall-grazzja t’Alla jidher li kollox qiegħed jirnexxi u saħħitha ġejja lura bil-mod.

Kate qalet li ma tafx kif se tirringrazzja lit-tim kollu li taha l-għajnuna neċessarja matul il-ġranet li qattgħet il-Polonja, kif ukoll il-familja u l-ħbieb tagħha f’Malta.

“Grazzi lil dawk kollha li bis-saħħa tagħhom erġajt qomt fuq saqajja u nista’ nesplora dak kollu li jkun hemm madwari,” temmet tgħid Kate.

Sport