Saturday, May 4, 2024

“Min huwa responsabbli għandu jwieġeb għal għemilu fl-iqsar żmien possibbli”

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi appella biex l-inkjesta maġisterjali marbuta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia tingħalaq malajr kemm jista’ jkun biex tkun tista’ tintrefa’ responsabbiltà minn dawk li naqqsu.

Huwa qal dan waqt li kien qed jindirizza l-parlament fil-mozzjoni dwar il-ħatra ta’ Bord ta’ Inkjesta dwar il-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia. Illum rridu nassiguraw li permezz tal-mezzi ġudizzjarji mwaqqfa mil-liġi naraw li naslu għall-konklużjonijiet ta’ x’seħħ dak inhar. Min huwa responsabbli għall-mewt ta’ Jean Paul Sofia għandu jwieġeb għall-għemilu fl-iqsar żmien possibbli, saħaq il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Filwaqt li rrikonoxxa li l-isfond tas-seduta huwa wieħed ta’ dieqa li jinħass ukoll minn familji oħra li għaddew minn sitwazzjoni simili, il-Ministru Zrinzo Azzopardi enfasizza li dan iħeġġeġ iżjed il-Gvern biex jagħmel aktar tibdil fis-settur tal-kostruzzjoni. Huwa qal li l-Gvern jeħtieġ jagħmel sforzi akbar biex ikun hemm għarfien sħiħ minn kull min għandu jerfa’ r-responsabbiltà u għarfien dwar dawk ir-responabbiltajiet li diġà’ jeżistu. Fl-istess waqt, huwa sostna li inkunu qed nonqsu jekk nistradaw id-diskussjoni b’mod li nagħtu stampa li r-responsabbiltà għandha tintrefa’ biss mill-Gvern. Min iħaddem għandu l-obbligi tiegħu u jrid jara li dawn jiġu mitigati.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li l-Gvern irrid ikompli jara liem huma dawk l-aspetti fil-kostruzzjoni li jridu jitjiebu. Huwa semma li qed issir ħidma mal-Università ta’ Malta biex ikun hemm aktar koordinazzjoni u tħaddim aħjar tal-liġijiet marbuta mal-kostruzzjoni.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi saħaq li r-rapport Quintano sejjes pjan ta’ ħidma biex jonqsu l-inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni u dan il-pjan diġa’ qed jibda jiġi implimentat. Barra minn hekk, għamel referenza għal numru ta’ inizjattivi li ħareġ bihom il-Gvern biex itejjeb is-sitwazzjoni attwali, fosthom reviżjoni tal-liċenzja tal-benneja u l-proċess ta’ konsultazzjoni biex tiġġeded l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Sport