Monday, December 23, 2024

Aktar irvellijiet fl-Istati Uniti: L-awtopsja ta’ Rayshard Brooks turi li nqatel minn żewġ tiri ta’ arma tan-nar f’dahru

Aqra wkoll

Rayshard Brooks – li l-mewt tiegħu qanqlet aktar irvellijiet fl-Istati Uniti – miet kaġun tal-ġrieħi li ġarrab minn żewġ tiri ta’ arma tan-nar f’dahru. Dan ħareġ mill-awtopsja li saret.

Ir-rapport tal-awtopsja juri li Brooks miet wara ħsara f’orani vitali u telf ta’ demm minn żewġ feriti b’arma tan-nar wara argument mal-Pulizija fil-belt ta’ Atlanta.

L-awtopsja, li saret ilbieraħ, tindika l-feriti b’arma tannar bħala l-kaġun tal-mewt tar-raġel. Dan wassal biex il-mewt tiegħu issa qed jitqies bħala omiċidju.

Intant filmat ġdid juri l-mumenti qabel ma seħħet l-isparatura fatali.

Fil-filmat, ir-raġel ta’ 27 sena jidher li kien rieqed fil-karozza tiegħu u kien qed jimblokka d-drive througħ ta’ stabbiliment popolari tal-ikel. Il-filmat juri lill-Pulizija jistaqsuh mistoqsijiet u jagħmlulu wkoll test biex jiddeterminaw jekk kienx taħt l-effett tal-alkoħol.

Il-filmat juri lill-ufiċċjali jipprovaw jimmanettjawh, madankollu r-raġel jirnexxielu jaħrabilhom. Brooks jidher ukoll iżomm taser f’idejh, u jidher anke jipponta t-taser fid-direzzjoni tal-uffiċjali tal-Pulizija qabel ma jinstemgħu tiri ta’ arma tan-nar.

Dan hekk kif il-midja qed tirrapporta li l-ufiċjali involuti ġabru l-balal li huma sparaw qabel ma taw l-ewwel għajnuna lir-raġel.

L-avukat li qed jirrappreżenta lill-familja ta’ Brooks, L. Chris Stewart, saħansitra qed jisħaq li dawn damu aktar minn żewġ minuti qabel ma ċċekkjaw il-polz tar-raġel.

Ekonomija

Sport