Friday, May 3, 2024

Coronavirus: Franza tħabbar it-tneħħija ta’ numru sinjifikanti ta’ restrizzjonijiet

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar it-tneħħija ta’ numru ta’ restrizzjonijiet kontra l-coronavirus.

Dan se jwassal biex kafetteriji u ristoranti se jkunu qed jerġgħu jinfetħu, u vjaġġar lejn pajjiżi Ewropej oħrajn se jkun permessibbli.

Persuni se jkunu jistgħu jżuru wkoll lil qraba tagħhom f’residenzi tal-anzjani li ntlaqtu partikolarment ħażin kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Intant il-Ġermanja, il-Belġju, il-Kroazja u l-Iżvizzera llum se jkunu qed jiftħu l-fruntieri tagħhom lil pajjiżi membri tal-UE. Vjaġġaturi mir-Renju Unit jistgħu jżuru dawn il-pajjiżi mingħajr il-ħtieġa ta’ kwarantina jew restrizzjonijiet oħrajn mal-wasla tagħhom fil-pajjiż.

Madankollu kull min jasal fi Franza minn Spanja jew ir-Renju Unit se jkollu jagħmel ġimagħtejn f’iżolament mal-wasla tiegħu fil-pajjiż.

Sport